Home » XSeta Ġralu lil Kevin Cacciattolo? by Mark Vella
XSeta Ġralu lil Kevin Cacciattolo? Mark Vella

XSeta Ġralu lil Kevin Cacciattolo?

Mark Vella

Published 2014
ISBN :
Paperback
296 pages
Enter the sum

 About the Book 

Rumanz rebbieħ tal-ewwel edizzjoni tal-kompetizzjoni letterarja #abbozz_____U iva, xammejt … tgħidx kemm-il darba xammejna stejjer li ma kinux. U anki dawk li setgħu kienu … meta tara li mhemmx mnejn tasal, kollox maħdum bizzilla biex ma tasalx,MoreRumanz rebbieħ tal-ewwel edizzjoni tal-kompetizzjoni letterarja #abbozz_____U iva, xammejt … tgħidx kemm-il darba xammejna stejjer li ma kinux. U anki dawk li setgħu kienu … meta tara li mhemmx mnejn tasal, kollox maħdum bizzilla biex ma tasalx, tieqaf. Stop. Daqshekk hi faċli, Mark. ’Qas hi kwistjoni li taqta qalbek. Kemm tieqaf u timxi lejn xi ħaġa oħra, xi ħaġa li tifhimha int u se tinftiehem. U barra bid-daqq.1984 u l-iskola li bdiet tard fNovembru. Dawk it-tnejn. Theuma tal-PE. Ħadd ma jaf xi ġralu Kevin Cacciattolo. Anki Mark ma jafx, snin wara li għeb. U forsi lanqas għandu għala joqgħod ifittex. Għax hemm stejjer li ħadd ma jrid jismagħhom, jew stejjer oħra li anqas ħaqq toqgħod tiffissa fuqhom. Hemm stejjer li nifhmuhom kif irridu jew kif ngħiduhom lilna nfusna.Jew forsi hemm xi ħadd jaf. Jaf l-istorja kollha, mill-bidu sal-aħħar, bl-għeruq, il-qoħob u x-xniexel. Imma anki dik storja li se jibqa ma jgħidha ħadd tassew.